14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2018 – Foodterapia vs EUIPO – Sperlari (DIETOX)
(Kawża T-486/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DIETOX - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Dietor - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”])
(2019/C 16/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foodterapia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, J. Galán López u H. Téllez Robledo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sperlari Srl, preċedentement Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1611/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cloetta Italia u Foodterapia.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Foodterapia, SL, hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Sperlari Srl, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mill-predeċessur legali ta’ din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy