12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Ghost – Corporate Management vs EUIPO (Dry Zone)
(Kawża T-488/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dry Zone - Terminu ta’ appell - Tardività - Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ avveniment aċċidentali jew ta’ forza maġġuri - Obbligu ta’ viġilanza u ta’ diliġenza - Aspettativa leġittima”))
(2018/C 408/70)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ghost – Corporate Management SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: S. de Barros Araújo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 683/2017-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Dry Zone bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ghost – Corporate Management SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 309, 18.09.2017.
Full & Egal Universal Law Academy