11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Windspiel Manufaktur vs EUIPO (Rappreżentazzjoni tal-pożizzjoni ta’ għeluq ta’ flixkun)
(Kawża T-489/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta għeluq ta’ flixkun - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 93/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Windspiel Manufaktur GmbH (Daun, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Mensing, M. Fischer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1374/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta għeluq ta’ flixkun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Windspiel Manufaktur GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy