20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2019 — Fleig vs SEAE
(Kawża T-492/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Xoljiment permezz ta’ preavviż - Raġunijiet għax-xoljiment - Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja - Interess tas-servizz - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Artikoli 30 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Kwistjoni proċedurali - Pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ dokumenti inklużi fil-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal”)
(2019/C 172/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stephan Fleig (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentant: S. Marquardt, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li permezz tagħha d-Direttur tad-Direttorat “Riżorsi Umani” tas-SEAE, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, ittermina l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent b’effett mid-19 ta’ Ġunju 2017 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab insegwitu għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stephan Fleig huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy