3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Next design+produktion vs EUIPO – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuuna)
(Kawża T-533/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva nuuna - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANU u NANU-NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Evalwazzjoni tal-probabbiltà a’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Kumplimentarjetà tal-prodotti - Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ legalità u ta’ amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali”))
(2018/C 436/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Next design+produktion GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1448/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp u Next design+produktion.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Next design+produktion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 330, 2.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy