4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – De Loecker vs SEAE
(Kawża T-537/17) (1)
((“Servizz Pubbliku - SEAE - Membri tal-persunal temporanju - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))
(2019/C 82/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: initzjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tal-10 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent imressqa abbażi tal-Artikol1 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-10 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talba għal assistenza ta’ Stéphane De Loecker imressqa abbażi tal-Artikol1 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy