29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-539/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Al Thawra’ Nru 16405 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2019/C 255/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Al Thawra” Nru 16405, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 404 792,06, ta’ 954 331,07 lira sterlina (GBP), ta’ 29 130 433,00 jen (JPY) u ta’ 1 498 184,58 dollaru american (USD)
2)
Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-imsemmija somom, bir-rata ta’ 4.52 %, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy