29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-540/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Distribution Project’ Nru 20948 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2019/C 255/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 52 657 141,77.
2)
Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fil-5 ta’ Frar 2001 u emendat permezz ta’ ittri tat-3 ta’ Ottubru 2003, 28 ta’ Frar 2006, 9 ta’ Mejju u 8 ta’ Ottubru 2007, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy