29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-541/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Transmission Project’ Nru 20868 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2019/C 255/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 38 934 400,51 u ta’ 3 383 971,66 frank Svizzeru (CHF).
2)
Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-imsemmija somom, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fl-14 ta’ Diċembru 2000 u emendat fl-20 ta’ Diċembru 2004, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy