19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-543/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Syrian Healthcare’ Nru 21595 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2019/C 280/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment minn P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement minn F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Syrian Healthcare” Nru 21595, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 62 646 209,04 u ta’ USD 3 582 381,15.
2)
L-imsemmija somom għandu jkollhom interessi moratorji kkalkulati skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-ftehim tas-self “Syrian Healthcare” Nru 21595 konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fil-15 ta’ Ġunju 2002 u emendat fis-17 ta’ Ottubru u fid-29 ta’ Novembru 2007, dwar ammonti prinċipali u interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy