3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI)
(Kawża T-548/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ANOKHI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti kipling - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta s-siluwett ta’ xadina - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (UE) 2017/2001) - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 436/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ken Virmani (München, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2017 (Każ R 2307/2015-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VF International u K. Virmani.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2017 (Każ R 2307/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn VF International Sagl.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy