18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Duym vs Il-Kunsill
(Kawża T-549/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ ħatra għal pożizzjoni ta’ kap ta’ unità - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Interess tas-servizz - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))
(2019/C 103/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Frederik Duym (Oostende, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv ta’ Selezzjoni, ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ posta elettronika tas-7 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad il-kandidatura tiegħu fil-kuntest tal-proċedura ta’ selezzjoni tal-Kap tal-Unità tal-lingwa Olandiża fi ħdan id-Diviżjoni tat-Traduzzjoni tal-Kunsill, kif ukoll tad-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2016 li taħtar lis-Sinjura A. għall-imsemmija pożizzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Frederik Duym huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsull tal-Unjoni Ewropea
(1) ĠU C 347, 16.10.2017
Full & Egal Universal Law Academy