7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Troszczynski vs Il-Parlament
(Kawża T-550/17) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari - Attività mhux marbuta mal-funzjonijiet ta’ deputat - Proċedura għat-tneħħija tal-immunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Rabta kawżali”)
(2019/C 4/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha l-Parlament neħħa l-immunità tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mylène Troszczynski hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy