18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Abdulkarim vs Il-Kunsill
(Kawża T-559/17) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”))
(2019/C 103/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouhamad Wael Abdulkarim (Dubaï, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Veiga u I. Pouli, sussegwentement minn I. Pouli u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, kif emendat, għall-aħħar darba, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati safejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Mouhamad Wael Abdulkarim.
2)
L-effetti tad-Deċiżjonijiet 2017/917 u 2018/778 huma miżmuma fir-rigward ta’ Abdulkarim sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda possibbli tal-appell.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Abdulkarim.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy