20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Marzu 2019 — dm-drogerie markt vs EUIPO — Albea Services (ALBÉA)
(Kawża T-562/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva ALBÉA - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti - Trade mark verbali Balea - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 172/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Albea Services (Gennevilliers, Franza) (rappreżentant: J.-H. de Mitry, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1870/2016 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt u Albea Services.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1870/2016-1) hija annullata.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 338, 9.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy