11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – UC vs Il-Parlament
(Kawża T-572/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Rapport ta’ evalwazzjoni - Attribuzzjoni tal-punti ta’ mertu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà - Danni morali”))
(2019/C 93/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UC (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2015, tad-deċiżjoni li jingħatawlu żewġ punti ta ’mertu għall-istess sena kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
UC huwa kkundannat għall-ispejjeż..
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy