11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Mas Que Vinos Global vs EUIPO – JESA (EL SEÑORITO)
(Kawża T-576/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali EL SEÑORITO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SEÑORITA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 93/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mas Que Vinos Global, S.L. (Dosbarrios, Spanja) (rappreżentant: M. J. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jose Estevez, SA (JESA) (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1775/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn JESA u Mas Que Vinos Global
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mas Que Vinos Global S. L. hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy