2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — a&o hostel and hotel Berlin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-578/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-funzjonament - Ħostel għaż-żgħażagħ, f’Berlin - Użu ta’ beni immobiljari pubbliku mingħajr ħlas ta’ kera - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna possibbli kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - diffikultajiet serji”)
(2019/C 295/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: a&o hostel and hotel Berlin GmbH, aventi kawża ta’ A & O Hotel and Hostel Friedrichshain GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Heise u M. Lindner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u R. Kanitz, sussegwentement R. Kanitz, aġenti, assistiti minn K. Dingemann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3220 finali, tad-29 ta’ Mejju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.43145 (2016/FC) — il-Ġermanja, dwar l-allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mhux fiskali illegali favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH, li sommarju tagħha huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, C 193, p. 1).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3220 finali, tad-29 ta’ Mejju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.43145 (2016/FC) — il-Ġermanja, dwar l-allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mhux fiskali illegali favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn a&o hostel and hotel Berlin GmbH.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 338, 9.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy