18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – Karp vs Il-Parlament
(Kawża T-580/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ilment prematur - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà - Awtonomija tar-rimedji ġudizzjarji - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt marbut ma’ leave tal-maternità - Obbligu ta' motivazzjoni - Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi - Abbuż ta’ dritt - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))
(2019/C 103/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika lir-rikorrent fil-grupp ta’ funzjonijiet II, grad 4, skala 1, fil-kuntest tal-kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt li ġie konkluż fit-12 ta’ Mejju 2016 u li skada fil-11 ta’ Novembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni morali u materjali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kevin Karp huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 412, 4.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy