3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Asics vs EUIPO – Van Lieshout Textielagenturen (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba)
(Kawża T-581/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta erba’ linji msallba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi - Motivi relattivi għal rifjut - Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 94 u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 436/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asics Corporation (Kobe, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Polo Carreño u M. H. Granado Carpenter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Van Lieshout Textielagenturen BV (Haaren, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Claassen u B. Woltering, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2129/2016–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Asics Corporation u Van Lieshout Textielagenturen.
Dispożittiv
1)
ir-rikors huwa miċħud.
2)
Asics Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.