13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Boshab et vs Il-Kunsill
(Kawża T-582/17) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ transitu - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
(2019/C 164/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika tal-Kongo) u s-seba’ rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment P. Chansay Wilmotte, A. Kalambay Ndaya u P. Okito Omole, sussegwentement T. Bontinck, M. Forgeois, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Veiga u B. Driessen, sussegwentement B. Driessen u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/904 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 138I, p. 1), u fuq id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905 tad-29 ta’ Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 138I, p. 6), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Évariste Boshab u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy