5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO — IOS Finance EFC (IOS FINANCE)
(Kawża T-583/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IOS FINANCE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti EOS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 263/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Sorg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IOS Finance EFC, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2262/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EOS Deutscher Inkasso-Dienst u IOS Finance EFC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 338, 9.10.2017.