22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Primart vs EUIPO – Bolton Cile España (PRIMART Marek Łukasiewicz)
(Kawża T-584/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PRIMART Marek Łukasiewicz - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PRIMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]))
(2018/C 381/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz (Wołomin, il-Polonja) (rappreżentant: J. Skołuda, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolton Cile España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1933/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolton Cile España u Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017
Full & Egal Universal Law Academy