19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-588/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Euphrates Drainage and Irrigation’ Nru 80211 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)
(2019/C 280/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kisba tal-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana sabiex tirrimborsa somom dovuti fil-qafas tal-ftehim ta’ self “Euphrates Drainage and Irrigation” Nru 80211, flimkien ma’ interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 2 184 271,58.
2)
L-imsemmija somma ġġib magħha interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali u fiq l-interessi kuntrattwali, fir-rata’ annwali ta’ 3,5 %, mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy