2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-598/17) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq sostnut mill-Italja - Dewmien u negliġenza imputabbli lill-organi tal-Istat Membru - Attribuzzjoni ta’ responsabbiltà lill-Istat Membru għall-konsegwenzi finanzjarji tal-assenza ta’ rkupru - Korrezzjonijiet finanzjarji - Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Artikolu 12 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 907/2014 - Terminu raġonevoli”)
(2019/C 295/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita inizjalment minn P. Pucciariello, sussegwentement minn F. Varrone, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u D. Bianchi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-2 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (Ġu2017, L 15, p. 37) sa fejn jirrigwarda r-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017
Full & Egal Universal Law Academy