2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-602/17) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq esklużi mill-finanzjament - Infiq imġarrab minn Spanja - Kontrolli ewlenin - Kriterji ta’rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Approvazzjoni tal-programmi operattivi - Posponiment tal-investimenti fi ħdan l-istess programm operattiv - Aspettattivi leġittimi”)
(2019/C 295/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Sampol Pucurull u A. Gavela Llopis, sussegwentement A. Gavela Llopis u fl-aħħar nett S. Jiménez García, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, W. Farrell u M. Morales Puerta, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn hija teskludi mill-imsemmi finanzjament is-somma ta’ EUR 7 097 397,27 fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy