20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2019 — All Star vs EUIPO — Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun)
(Kawża T-611/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ pett ta’ żarbun - Fatti magħrufa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001) - Ċaħda tat-talba għaż-żamma ta’ seduta quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 96(1) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 172/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: All Star CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukati u S. Malynicz, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carrefour Hypermarchés (Évry, Franza) (rappreżentant: C. Verneret, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 952/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Carrefour Hypermarchés u All Star.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
All Star CV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy