29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Bonnafous vs EACEA
(Kawża T-614/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija fit-tmiem il-perijodu ta’ prova - Kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ smigħ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ setgħa - Responsabbiltà”)
(2019/C 255/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet u V. Kasparian, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-14 ta’ Novembru 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-2 ta’ Ġunju 2017 meħudin mill-EACEA u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament iġġarrab wara dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laurence bonnafous huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy