29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Siragusa vs Il-Kunsill
(Kawża T-616/17 RENV) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tluq mis-servizz - Talba għall-irtirar - Modifika tad-dispożizzjonijiet statutorji wara li tkun saret it-talba - Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti - Responsabbiltà”)
(2019/C 255/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Rantala u Í. Ní Riagáin Düro, sussegwentement I. Lázaro Betancor u C. González Argüelles, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba tar-rikorrenti għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 ta’ Sergio Siragusa hija annullata.
2)
Il-Kunsill huwa kkundannat iħallas lil Sergio Siragusa s-somma ta’ EUR 5 000, flimkien ma’ interessi moratorji, b’effett mid-data ta’ din is-sentenza u sa ħlas komplet, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, flimkien ma’ żewġ punti perċentwali.
3)
Il-kumplament tat-talba kumpensatorja huwa miċħud.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-124/16 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy