2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-617/17) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni - Stat terz - Kuntratt pubbliku nazzjonali - Amministrazzjoni deċentralizzata - Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali - Investigazzjonijiet tal-OLAF - Dannu morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettativi leġittimi - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ”)
(2019/C 295/30)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Vialto Consulting Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, J. Baquero Cruz u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba illegalitajiet li twettqu, minn naħa, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) waqt spezzjoni li saret fil-bini tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, mill-Kummissjoni Ewropea insegwitu tal-imsemmija spezzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vialto Consulting Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy