25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-629/17) (1)
(“FAEŻR - FSE - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi - Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament (KE Nru 1083/2006 - Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE - Esklużjoni speċifika - Kuntratti pubbliċi għal servizzi li jirrigwardaw ix-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-programmi intiżi li jixxandru minn xandara”)
(2019/C 399/52)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u P. Ondrůšek, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u K. Rudzińska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4682 final tas-6 ta’ Lulju 2017 li tannulla parti mill-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv “Taħriġ fil-qasam tal-Kompetittività” fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka, kif ukoll parti mill-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-programmi operattivi “Riċerka u Żvilupp għall-Innovazzjoni” fil-kuntest tal-għan “Konverġenza” fir-Repubblika Ċeka u “Assistenza Teknika” fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy