3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)
(Kawża T-644/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainablel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2001]”])
(2018/C 436/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DNV GL AS (Høvik, in-Norveġja) (rappreżentanti: J. Albers u N. Köster, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Sustainablel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DNV GL AS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 374, 6.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy