4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Auarita Pneumatic Tools (Pistola taż-żebgħa)
(Kawża T-651/17) (1)
((Disinni Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw pistola taż-żebgħa - Disinni Komunitarji preċedenti - Raġuni għal invalidità - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-awtur - Karattru individwali - Saturazzjoni tal-istat l-iktar avvanzat - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Utilità tal-użu tal-proċedimenti orali - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002))
(2019/C 44/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Manhaeve u G. Glas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Auarita Pneumatic Tools Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 914/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zhejiang Auarita Pneumatic Tools u Sata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy