29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Eddy’s Snack Company vs EUIPO – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Eddy’s Snackcompany)
(Kawża T-652/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Eddy’s Snackcompany - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TEDDY - Raġuni relattiva għal rifjut - Prinċipju ne ultra petita - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 392/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eddy’s Snack Company GmbH (Lügde, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Decker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1999/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli u Eddy’s Snack Company.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1999/2016-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Eddy’s Snack Company GmbH matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 382, 13.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy