3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/73
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Inditex vs EUIPO — Ansell (ZARA TANZANIA ADVENTURES)
(Kawża T-655/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ZARA TANZANIA ADVENTURES - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ZARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Dannu għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti”)
(2019/C 187/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, G. Macías Bonilla, P. López Ronda u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Zainab Ansell; u Roger Ansell (Moshi, it-Tanzanija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2017 (Każijiet magħquda R 2330/2011-2 u R 2369/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Industria de Diseño Textil u, min-naħa l-oħra, Z. Ansell u R. Ansell.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2017 (Każijiet magħquda R 2330/2011-2 u R 2369/2011-2) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell laqa’ parzjalment ir-rikors ippreżentat minn Z. Ansell u R. Ansell (Każ R 2369/2011-2) u awtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għas-servizzi elenkati fil-punt 3 tad-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni u li jaqgħu fil-klassijiet 39 u 43 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy