18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)
(Kawża T-656/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dr. Jacob’s essentials - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti COMPAL ESSENCIAL - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti FRUTA essencial u Compal FRUTA essencial - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)))
(2019/C 103/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentant: A. De Sampaio, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ludwig Manfred Jacob (Heidesheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2067/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sumol + Compal Marcas u M. Jacob
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2067/2016-5) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sumol + Compal Marcas, SA.
3)
Ludwig Manfred Jacob għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy