25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – China Construction Bank vs EUIPO – Groupement des cartes bancaires (CCB)
(Kawża T-665/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CCB - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Reputazzjoni u karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (UE) 2017/1001) - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75, u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru t-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1), u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 72/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: China Construction Bank Corp. (Pékin, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Carboni u J. Gibbs, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Groupement des cartes bancaires (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2265/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Groupement des cartes bancaires u China Construction Bank
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
China Construction Bank Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy