11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Turbo-K International vs EUIPO – Turbo-K (TURBO-K)
(Kawża T-671/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TURBO-K - Trade marks preċedenti mhux irreġistrati TURBO-K - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - ‘Goodwill’”))
(2019/C 93/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Turbo-K International Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Norris u A. Muir Wood, barristers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Turbo-K Ltd (Winchester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. van Haperen, avukat, T. St Quintin, barrister, u E. Morris, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2135/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Turbo-K u Turbo-K International.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Turbo-K International Ltd u Turbo-K Ltd għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy