3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – Mamas and Papas vs EUIPO – Wall-Budden (Cot bumper tat-tfal)
(Kawża T-672/17) (1)
((“Disinn jew trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ invalidità - Disinn jew trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta cot bumper tat-tfal - Eżami ex officio mill – Bord tal – Appell tal – fatti li jikkostitwixxu l – iżvelar - Prinċipju ta’ kontinwità fonzjonali - Provi insuffiċjenti għall-istabbiliment tal-iżvelar”))
(2018/C 436/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mamas and Papas Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reid, barrister, u B. Whitehead, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek, D. Walicka u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jane Wall-Budden (Byfleet, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2017 (Każ R 208/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mamas and Papas u Jane Wall-Budden.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mamas and Papas Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy