4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Khadi and Village Industries Commission vs EUIPO – BNP Best Natural Products (khadí Naturprodukte aus Indíen)
(Kawża T-682/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva khadí Naturprodukte aus Indíen - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade mark ta’ natura li tfixkel lill-pubbliku - Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament 2017/1001) - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 44/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Khadi and Village Industries Commission (Mumbai Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: J. Guise, N. Rose u V. Ellis, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Rajh u D. Walicka, sussegwentement M. Rajh u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BNP Best Natural Products GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth u R. Briske, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2085/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Khadi and Village Industries Commission u BNP Best Natural Products.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Khadi and Village Industries Commission hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy