27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Link Entertainment vs EUIPO – García-Sanjuan Machado (SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS)
(Kawża T-694/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AVORY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 301/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Link Entertainment, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sandra García-Sanjuan Machado (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Torner Lasalle, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1758/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn S. García-Sanjuan Machado u Link Entertainment.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Link Entertainment, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 27.11.2017.
Full & Egal Universal Law Academy