4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)
(Kawża T-703/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Papouis Halloumi - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 44/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 2924/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 2924/2014-4), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies Ltd hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-Repubblika ta’ Ċipru.
3)
Papouis Dairies għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 437, 18.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy