4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – UP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-706/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda gravi - Talba għal żmien parzjali fuq bażi medika - Ċaħda tat-talba - Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”))
(2019/C 82/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UP (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2017 li tiċħad li tagħti lir-rikorrent żmien parzjali fuq bażi medika u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
UP għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 5, 8.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy