11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/58
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Topor-Gilka u WO Technopromexport vs Il-Kunsill
(Kawżi Magħquda T-721/17 u T-72217) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(2019/C 383/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti fil-kawża T-721/17: Sergey Topor-Gilka (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, avukat)
Rikorrenti fil-kawża T-722/17: OOO WO Technopromexport (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u E. Salia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze, J. Möller u R. Kanitz, sussegwentement minn J. Möller u R. Kanitz, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Baumgart, M. Kellerbauer, T. Ramopoulos u E. Schmidt, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2017, L 203 I, p. 5), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392 tat-12 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2018, L 69, p. 48), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1237 tat-12 ta’ Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2018, L 231, p. 27).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sergey Topor-Gilka u OOO WO Technopromexport għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy