4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – The Vianel Group vs EUIPO – Viania Dessous (VIANEL)
(Kawża T-724/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali VIANEL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIANIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]))
(2019/C 44/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Vianel Group LLC (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Perrichon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Viania Dessous GmbH (Mössingen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2017 (każ R 285/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viania Dessous u The Vianel Group
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Vianel Group LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy