8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Marinvest u Porting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-728/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Infrastrutturi portwarji ta’ rikreazzjoni - Konċessjoni tal-ġestjoni ta’ port u provvista ta’ infrastruttura u ta’ servizzi mingħajr korrispettiv ekonomiku - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri”)
(2019/C 230/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Marinvest d.o.o. (Izola, is-Slovenja) u Porting d.o.o. (Izola) (rappreżentanti: G. Cecovini Amigoni u L. Daniele, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Stancanelli, S. Noë u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u R. Kanitz, sussegwentement minn R. Kanitz, aġenti), Javno podjetje komunala Izola d.o.o. (Izola, is-Slovenja) (rappreżentant: A. Mužina, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5049 finali, tal-20 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.45220 (2016/FC) — Slovenja — Għajnuna preżunta favur Komunala Izola d.o.o.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marinvest d.o.o. u Porting d.o.o. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Javno podjetje komunala Izola d.o.o. għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż proprji tagħhom.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy