8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — GMPO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-733/17) (1)
(“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 - Kunċett ta’ ‘benefiċċju sinjifikattiv’ - Disponibbiltà ta’ prodott mediċinali orfni - Artikolu 5(12)(b) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi prodott mediċinali mir-Reġistru tal-Prodotti Mediċinali Orfni - Żball ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Aspettattivi leġittimi”)
(2019/C 230/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GMP-Orphan (GMPO) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, E. Mackenzie, barrister, L. Tsang u J. Mulryne, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6102 final tal-5 ta’ Settembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Cuprior — trientine skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet, fl-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni, li l-imsemmi prodott mediċinali ma kienx jissodisfa iktar il-kriterji previsti mir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21), sabiex jiġi rreġistrat bħala prodott mediċinali orfni u li kien hemm lok li jiġi aġġornat konsegwentement ir-reġistru tal-Prodotti Mediċinali Orfni tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GMP-Orphan (GMPO) hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy