24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Wattiau vs Il-Parlament
(Kawża T-737/17) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - RKAM - Rimbors għall-ispejjeż mediċi - Konvenzjoni konkluża bejn l-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu u l-Akkordju tal-Isptar tal-Lussemburgu dwar it-tarifikazzjoni tal-kura fl-isptarijiet irċevut mill-li jkunu rċevw l-affiljati tar-RKAM - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - -Artikolu 39 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali)
(2019/C 213/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Francis Wattiau (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Palament Ewropew (rappreżentanti: M. Rantala u J. Van Pottelberge, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Association des seniors de la fonction publique européenne (SFPE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE li titlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet tal-Lussemburgu tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea, kif jidher mill-karta tal-ħlas Nru 244 tal-25 ta’ Jannar 2017, li jagħmel lir-rikorrent responsabbli għall-ammont ta’ EUR 843.01 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tas-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament, bħala l-Awtorità tal-Ħatra, tat-2 ta’ Awwissu 2017, li tikkonferma din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet tal-Lussemburgu tal-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għall-Mard tal-Unjoni Ewropea, kif jidher mill-karta tal-ħlas Nru 244 tal-25 ta’ Jannar 2017, li jagħmel lil Francis Wattiau responsabbli għall-ammont ta’ EUR 843.01 li jikkorrispondi għal 15 % tal-fattura medika tat-30 ta’ Mejju 2016, hija annullata.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn F. Wattiau.
3)
L-Assoċjazzjoni tal-Anzjani tas-Servizz Pubbliku Ewropew (SFPE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy