30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/45
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — STIF-IDFvs Il-Kummissjoni
(Kawża T-738/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata illegalment minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mis-STIF-IDF - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Kumpens tal-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku - Artikolu 107(1) TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 328/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syndicat Transport Île de France (STIF-IDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u C. Rydzynski, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)
Talbiet
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (ĠU 2017, L 209, p. 24).
Motivi u argumenti prinċipali
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Is-Syndicat Transport Île de France (STIF-IDF) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż proprji tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018