11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/59
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Trasys International u Axianseu – Digital Solutions vs EASA
(Kawża T-741/17) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Obbligu ta’ motivazzjoni - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ offerti anormalment baxxi - Karatteristiċi u vantaġġi relattivi tal-offerti magħżula - Talba għal motivazzjoni min-naħa ta’ offerent li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u li l-offerta tiegħu hija konformi mad-dokumenti tal-kuntratt”)
(2019/C 383/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Trasys International EEIG (Brussell, il-Belġju) u Axianseu – Digital Solutions SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Masson u G. Tilman, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (rappreżentanti: S. Rostren, E. Tellado Vásquez u H. Köppen, aġenti, assistiti minn V. Ost, M. Vanderstraeten u F. Tulkens, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASA tat-28 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EASA.2017.HVP.08, dwar kuntratt pubbliku għal servizzi dwar il-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi f’Köln (il-Ġermanja), u għoti tal-kuntratt skont l-ordni tal-klassifika lil tliet offerenti oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) tat-28 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju ta’ TRASYS International EEIG u ta’ Axianseu – Digital Solutions SA fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EASA.2017.HVP.08, dwar kuntratt pubbliku għal servizzi dwar il-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi f’Köln (il-Ġermanja), u għoti tal-kuntratt skont l-ordni tal-klassifika lil tliet offerenti oħra hija annullata.
2)
L-EASA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy